raġuni 52
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(52) Id-deroga mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għandha tkun permessa wkoll meta tkun prevista fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u soġġett għal salvagwardji adatti, sabiex jiġu protetti d-data personali u drittijiet fundamentali oħra, fejn ikun fl-interess pubbliku li jsir hekk, b'mod partikolari l-ipproċessar ta' data personali fil-qasam tal-liġi tal-impjiegi, il-liġi tal-protezzjoni soċjali, inkluż il-pensjonijiet u għas-sigurtà tas-saħħa, għal finijiet ta' monitoraġġ u twissija, prevenzjoni u kontroll ta' mard li jittieħed u ta' theddid serju ieħor għas-saħħa. Tali deroga tista' ssir għal finijiet ta' saħħa, inkluża s-saħħa pubblika u l-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, speċjalment sabiex tkun żgurata l-kwalità u l-kosteffettività tal-proċeduri użati għat-tpaċija ta' talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa, jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika. Id-deroga għandha tippermetti wkoll l-ipproċessar ta' tali data personali fejn dan ikun meħtieġ għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali, kemm jekk fi proċedimenti ġudizzjarji kif ukoll jekk fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!