raġuni 53
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(53) Il-kategoriji speċjali ta' data personali li jistħoqqilhom aktar protezzjoni għandhom jiġu pproċessati biss għal finijiet relatati mas-saħħa fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu dawk il-finijiet għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi u s-soċjetà inġenerali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ġestjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa jew soċjali u sistemi, li jinkludu l-ipproċessar mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u tas-saħħa nazzjonali ċentrali ta' tali data għall-fini tal-kontroll tal-kwalità, l-informazzjoni ta' ġestjoni u s-superviżjoni ġenerali nazzjonali u lokali tas-sistema tal-kura tas-saħħa jew soċjali, u billi tiġi żgurata kontinwità tal-kura tas-saħħa jew soċjali u l-kura tas-saħħa transkonfinali jew tas-sigurtà tas-saħħa, għall-finijiet ta' monitoraġġ u twissija jew għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għandha tilħaq objettiv ta' interess pubbliku, kif ukoll għal studji mwettqa fl-interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jipprevedi kondizzjonijiet armonizzati għall-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali dwar is-saħħa, fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi, b'mod partikolari fejn l-ipproċessar ta' tali data jsir għal ċerti finijiet relatati mas-saħħa minn persuni soġġetti għal obbligu legali ta' segretezza professjonali. Il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adatti sabiex jiġu protetti d-drittijiet fundamentali u d-data personali tal-persuni fiżiċi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jżommu jew jintroduċu aktar kondizzjonijiet, inklużi limitazzjonijiet, fir-rigward tal-ipproċessar ta' data ġenetika, data bijometrika jew data dwar is-saħħa. Madankollu, dan m'għandux ixekkel il-fluss liberu tad-data personali fl-Unjoni meta dawk il-kondizzjonijiet japplikaw għall-ipproċessar transkonfinali ta' tali data.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!