raġuni 106
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(106) Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta' deċiżjonijiet fil-livell tal-protezzjoni f'pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, u tissorvelja l-funzjonament ta' deċiżjonijiet adottati abbażi tal-Artikolu 25(6) jew l-Artikolu 26 (4) tad-Direttiva 95/46/KE. Fid-deċiżjonijiet ta' adegwatezza tagħha, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mekkaniżmu ta' rieżami perjodiku tal-funzjonament tagħhom. Dak ir-rieżami perjodiku għandu jitwettaq b'konsultazzjoni mal-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni u jieħu kont tal-iżviluppi rilevanti kollha fil-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali. Għall-iskopijiet ta' monitoraġġ u twettiq tar-rieżamijiet perjodiċi, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet u l-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ta' korpi rilevanti u sorsi oħra. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, fi żmien raġonevoli, il-funzjonament ta' dawn id-deċiżjonijiet tal-aħħar u tirrapporta kwalunkwe konklużjoni rilevanti lill-Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) kif stabbilit taħt dan ir-Regolament, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)