raġuni 105
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(105) Minbarra l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali f'sistemi multilaterali jew reġjonali b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll l-implimentazzjoni ta' dawn l-obbligi. B'mod partikolari, għandu jittieħed kont tal-adeżjoni ta' pajjiż terz għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali u l-Protokoll Addizzjonali tagħha. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Bord meta tivvaluta l-livell ta' protezzjoni f'pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!