raġuni 107
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(107) Il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi li pajjiż terz, territorju jew settur speċifikat f'pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jibqgħux jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni tad-data. Konsegwentement, it-trasferiment ta' data personali lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali għandu jkun ipprojbit, dment li r-rekwiżiti f'dan ir-Regolament relatati ma' trasferimenti suġġetti għal garanziji adegwati, inklużi regoli korporattivi vinkolanti, u derogi għal sitwazzjonijiet speċifiċi ma jiġux sodisfatti. F'dak il-każ, għandhom ikunu previsti konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u tali pajjiżi terzi jew tali organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tinforma fil-ħin lill-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bir-raġunijiet u tidħol f'konsultazzjonijiet miegħu/magħha sabiex tirrimedja għas-sitwazzjoni.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!