raġuni 89
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(89) Id-Direttiva 95/46/KE pprevediet obbligu ġenerali biex jiġi nnotifikat l-ipproċessar tad-data personali lill-awtoritajiet superviżorji. Filwaqt li dak l-obbligu jipproduċi oneri amministrattivi u finanzjarji, ma kkontribwixxiex fil-każijiet kollha għat-titjib tal-protezzjoni tad-data personali. Tali obbligi ta' notifika ġenerali bla distinzjonijiet għandhom għalhekk jitneħħew, u jiġu sostitwiti minn proċeduri u mekkaniżmi effettivi li jiffokaw minflok fuq dawk it-tipi ta' attivitajiet ta' pproċessar li x'aktarx li jirriżultaw f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi minħabba n-natura, l-ambitu, il-kuntest u l-għanijiet tagħhom. Tali tipi ta' operazzjonijiet tal-ipproċessar jinkludu, b'mod partikolari, dawk li jinvolvu l-użu ta' teknoloġiji ġodda, jew dawk li huma ta' tip ġdid u li fir-rigward tagħhom il-kontrollur għadu ma wettaqx valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data, jew fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data ssir meħtieġa minħabba ż-żmien li għadda mill-ipproċessar inizjali.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (01.06.2018)