raġuni 59
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(59) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet biex jiffaċilitaw l-eżerċizzju mis-suġġett tad-data tad-drittijiet tiegħu taħt dan ir-Regolament, inklużi mekkaniżmi sabiex jintalab u jekk applikabbli, jinkiseb, bla ħlas, b'mod partikolari, l-aċċess għal u r-rettifika jew it-tħassir ta' data personali u l-eżerċizzju tad-dritt li joġġezzjona. Il-kontrollur għandu jipprovdi wkoll l-mezzi biex isiru talbiet b'mod elettroniku, speċjalment fejn id-data personali tiġi pproċessata b'mezzi elettroniċi. Il-kontrollur għandu jkun obbligat iwieġeb għal talbiet mis-suġġett tad-data mingħajr dewmien żejjed u fi żmien mhux aktar minn xahar u jagħti raġunijiet fejn il-kontrollur ma jkollux l-intenzjoni li jikkonforma ma' kwalunkwe tali talba.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!