raġuni 70
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(70) Fejn id-data personali tkun ipproċessata għall-għanijiet ta' kummerċjalizzazzjoni diretta, is-suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li joġġezzjona għal dan l-ipproċessar, inkluż it-tfassil ta' profili sa fejn dan ikun relatat ma' tali kummerċjalizzazzjoni diretta, kemm fir-rigward tal-ipproċessar inizjali kif ukoll dak ulterjuri, fi kwalunkwe ħin u bla ħlas. Għandha tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data espliċitament għal dak id-dritt, u dan għandu jiġi ppreżentat b'mod ċar u separatament minn kwalunkwe informazzjoni oħra.
=> Artikolu: 4, 22
=> raġuni: 47

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!