raġuni 42
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(42) Fejn l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-kunsens tas-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista' juri li s-suġġett tad-data ta l-kunsens tiegħu għall-attività tal-ipproċessar. B'mod partikolari fil-kuntest ta' dikjarazzjoni bil-miktub fuq kwistjoni oħra, is-salvagwardji għandhom jiżguraw li s-suġġett tad-data huwa konxju tal-fatt li jkun qiegħed jingħata kunsens u tal-punt sa fejn dan jingħata. F'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (10) għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta' kunsens ifformulata minn qabel mill-kontrollur f'forma intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi u mingħajr termini inġusti. Biex il-kunsens ikun wieħed informat, is-suġġett tad-data għandu jkun konxju mill-inqas tal-identità tal-kontrollur u l-finijiet tal-ipproċessar li għalihom tkun intenzjonata d-data personali. Il-kunsens ma għandux jitqies li ngħata liberament jekk is-suġġett tad-data ma jkollux għażla ġenwina jew libera jew ma jkunx jista' jiċħad jew jirtira l-kunsens mingħajr ħsara.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!