raġuni 43
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(43) Sabiex jiġi żgurat l-għoti ta' kunsens b'mod liberu, il-kunsens ma għandux jipprovdi raġuni legali valida għall-ipproċessar ta' data personali f'każ speċifiku fejn ikun hemm żbilanċ ċar bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur, b'mod partikolari fejn il-kontrollur huwa awtorità pubblika u għalhekk ikun improbabbli li l-kunsens ingħata liberament fiċ-ċirkostanzi kollha ta' dik is-sitwazzjoni speċifika. Il-kunsens huwa preżunt li mhux mogħti b'mod liberu jekk ma jippermettix li jingħata kunsens separat għal operazzjonijiet ta' pproċessar ta' data personali differenti minkejja li jkun xieraq fil-każ partikolari, jew jekk it-twettiq ta' kuntratt, inkluż il-provvediment ta' servizz, ikun jiddependi mill-kunsens minkejja li tali kunsens ma jkunx meħtieġ għal tali twettiq.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!