raġuni 35
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(35) Id-data personali dwar is-saħħa għandha tinkludi d-data kollha dwar l-istat tas-saħħa ta' suġġett tad-data li tiżvela informazzjoni relatata mal-istat tas-saħħa fiżika jew mentali tas-suġġett tad-data fil-passat, fil-preżent jew fil-ġejjieni. Din tinkludi informazzjoni miġbura dwar il-persuna fiżika matul ir-reġistrazzjoni u għal, jew il-forniment ta', servizzi tal-kura tas-saħħa kif imsemmi fid-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) lil dik il-persuna fiżika; numru, simbolu jew element partikolari assenjat lill-persuna fiżika għall-identifikazzjoni unika tal-persuna fiżika għall-finijiet ta' saħħa; informazzjoni miġbura mill-ittestjar jew l-eżami ta' parti mill-ġisem jew sustanza tal-ġisem, inkluża dik minn data ġenetika u kampjuni bijoloġiċi; u kwalunkwe informazzjoni dwar, pereżempju marda, diżabbiltà, riskju ta' mard, storja medika, kura klinika jew l-istat fiżjoloġiku jew bijomediku tas-suġġett tad-data indipendentement mis-sors tiegħu, bħal pereżempju mingħand tabib jew professjonista tas-saħħa ieħor, sptar, apparat mediku, jew test dijanjostiku in vitro.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!