raġuni 116
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(116) Meta d-data personali tiġi trasferita b'mod transkonfinali barra mill-Unjoni, hija tista' tpoġġi f'riskju akbar il-ħila tal-persuni fiżiċi li jeżerċitaw id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data b'mod partikolari sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta' dik l-informazzjoni. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu l-ilmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra l-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien fil-kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn nuqqas ta' setgħat preventivi jew ta' rimedju, sistemi legali inkonsistenti, u ostakoli prattiċi bħal restrizzjonijiet ta' riżorsi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni akbar mill-qrib fost l-awtoritajiet superviżorji għall-protezzjoni tad-data sabiex tgħinhom fl-iskambju ta' informazzjoni u fit-twettiq ta' investigazzjonijiet mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom. Għall-għanijiet tal-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tiġi ffaċilitata u pprovduta assistenza reċiproka internazzjonali għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data personali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw f'attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, abbażi tar-reċiproċità u f'konformità ma' dan ir-Regolament.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)