raġuni 135
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(135) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha, għandu jkun stabbilit mekkaniżmu ta' konsistenza għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji. Dak il-mekkaniżmu għandu japplika b'mod partikolari fejn awtorità superviżorja ikollha l-intenzjoni li tadotta miżura maħsuba biex tipproduċi effetti legali fir-rigward tal-attivitajiet ta' pproċessar li jaffettwaw sostanzjalment għadd sinifikanti ta' suġġetti tad-data f'diversi Stati Membri. Għandu japplika wkoll fejn kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata jew il-Kummissjoni titlob li tali materja għandha tiġi ttrattata fil-mekkaniżmu ta' konsistenza. Dak il-mekkaniżmu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li l-Kummissjoni tista' tieħu fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont it-Trattati.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)