raġuni 98
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(98) L-assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessuri għandhom ikunu mħeġġa jfasslu kodiċijiet ta' kondotta, fil-limiti ta' dan ir-Regolament, sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tal-ipproċessar li jsir f'ċerti setturi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-mikrointrapriżi, l-intrapriżi ż-żgħar u dawk ta' daqs medju. B'mod partikolari, tali kodiċijiet ta' kondotta jistgħu jikkalibraw l-obbligi tal-kontrolluri u l-proċessuri, b'kont meħud tar-riskju li x'aktarx jirriżulta mill-ipproċessar għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!