| raġuni 84 UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(84) Sabiex tissaħħaħ il-konformità ma' dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar x'aktarx li jippreżentaw livell għoli ta' riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex jevalwa, b'mod partikolari, l-oriġini, in-natura, il-partikolarità u l-gravità ta' dak ir-riskju. L-eżitu tal-valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbiliti l-miżuri adatti li għandhom jiġu meħuda biex jintwera li l-ipproċessar tad-data personali hu f'konformità ma' dan ir-Regolament. Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-operazzjonijiet ta' pproċessar jinvolvu riskju għoli li l-kontrollur ma jkunx jista' jtaffi permezz ta' miżuri xierqa f'termini tat-teknoloġija disponibbli u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja għandha sseħħ qabel l-ipproċessar.
=> raġuni: 75
NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here! |
|
|
|