raġuni 73
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(73) Ir-restrizzjonijiet dwar prinċipji speċifiċi u d-drittijiet ta' informazzjoni, aċċess għal u rettifika jew tħassir ta' data personali, id-dritt għall-portabbiltà tad-data, id-dritt għall-oġġezzjoni, id-deċiżjonijiet ibbażati fuq it-tfassil ta' profili, kif ukoll il-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali lil suġġett tad-data u ċerti obbligi relatati tal-kontrolluri jistgħu jiġu imposti mil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, sa fejn ikun meħtieġ u proporzjonat f'soċjetà demokratika biex tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà pubblika, inkluża l-protezzjoni tal-ħajja tal-bniedem speċjalment b'reazzjoni għal diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, inkluż is-salvagwardja kontra u l-prevenzjoni tat-theddidiet għas-sigurtà pubblika, jew ksur ta' etika għal professjonijiet regolati, objettivi importanti oħrajn ta' interessi pubbliku ġenerali tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, b'mod partikolari interess ekonomiku jew finanzjarju importanti tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, iż-żamma ta' reġistri pubbliċi miżmuma għal raġunijiet ta' interess pubbliku ġenerali, ipproċessar ulterjuri tad-data personali arkivjata sabiex jipprovdi informazzjoni speċifika relatata mal-imġiba politika taħt reġimi preċedenti fi stati totalitarji jew il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew id-drittijiet u l-libertajiet ta' persuni oħrajn, inklużi l-protezzjoni soċjali, is-saħħa pubblika u finijiet umanitarji. Dawk ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Karta u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!