raġuni 57
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(57) Jekk id-data personali pproċessata minn kontrollur ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' persuna fiżika, il-kontrollur tad-data ma għandux ikun obbligat li jikseb informazzjoni addizzjonali sabiex jidentifika s-suġġett tad-data għall-fini waħdieni li jikkonforma ma' xi dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, il-kontrollur ma għandux jirrifjuta li jieħu l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mis-suġġett tad-data sabiex jappoġġa l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu jew tagħha. L-identifikazzjoni għandha tinkludi l-identifikazzjoni diġitali ta' suġġett tad-data, pereżempju permezz ta' mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni bħall-istess kredenzjali, użati mis-suġġett tad-data biex jilloggja fis-servizz online offrut mill-kontrollur tad-data.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!