raġuni 51
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(51) Data personali, li min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jistħoqqilha protezzjoni speċifika billi l-kuntest tal-ipproċessar tagħha jista' joħloq riskji sinifikanti għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali. Dik id-data personali għandha tinkludi data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, fejn l-użu tat-terminu "oriġini razzjali" f'dan ir-Regolament ma jimplikax li l-Unjoni taċċetta teoriji li jippruvaw jiddeterminaw l-eżistenza ta' razez umani separati. L-ipproċessar ta' ritratti m'għandhux sistematikament jitqies bħala pproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali peress li dawn ikunu koperti bid-definizzjoni ta' data bijometrika biss meta jiġu pproċessati b'mezz tekniku speċifiku li jippermetti l-identifikazzjoni unika jew l-awtentikazzjoni ta' persuna fiżika. Tali data personali ma għandhiex tiġi pproċessata, għajr jekk l-ipproċessar ikun permess f'każijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'kont meħud li l-liġi tal-Istati Membri tista' tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data sabiex tadatta l-applikazzjoni tar-regoli ta' dan ir-Regolament għal konformità ma' obbligu legali jew għall-prestazzjoni ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur. Minbarra r-rekwiżiti speċifiċi għal dan l-ipproċessar, il-prinċipji ġenerali u regoli oħra ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, b'mod partikolari fir-rigward tal-kondizzjonijiet għal ipproċessar legali. Id-derogi mill-projbizzjoni ġenerali għall-ipproċessar ta' tali kategoriji speċjali ta' data personali għandhom jiġu previsti b'mod espliċitu, fost oħrajn fejn is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jew fir-rigward ta' ħtiġijiet speċifiċi b'mod partikolari fejn l-ipproċessar isir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom huwa li jippermettu l-eżerċizzju ta' libertajiet fundamentali.
=> Artikolu: 4

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!