raġuni 5
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(5) L-integrazzjoni ekonomika u soċjali li rriżultat mill-funzjonament tas-suq intern wasslet għal żieda sostanzjali fi flussi transkonfinali ta' data personali. Żdied l-iskambju ta' data personali bejn atturi pubbliċi u privati, inklużi l-persuni fiżiċi, l-assoċjazzjonijiet u l-impriżi fl-Unjoni kollha. L-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri qegħdin jintalbu bil-liġi tal-Unjoni biex jikkooperaw u jiskambjaw data personali sabiex ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom jew iwettqu kompiti f'isem awtorità fi Stat Membru ieħor.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!