raġuni 41
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(41) Fejn dan ir-Regolament jagħmel referenza għal bażi legali jew miżura leġiżlattiva, din mhux neċessarjament tkun tirrikjedi att leġiżlattiv adottat minn parlament, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont l-ordni kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, tali bażi legali jew miżura leġiżlattiva għandha tkun ċara u preċiża u l-applikazzjoni tagħha għandha tkun prevedibbli għal persuni soġġetti għaliha, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-"Qorti tal-Ġustizzja") u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.


NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!