raġuni 38
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(38) Il-minorenni jixirqilhom protezzjoni speċifika fir-rigward tad-data personali tagħhom, minħabba li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, il-konsegwenzi u s-salvagwardji u d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Tali protezzjoni speċifika għandha, b'mod partikolari, tapplika għall-użu ta' data personali tal-minorenni għall-finijiet ta' kummerċjalizzazzjoni jew biex jinħolqu profili ta' personalità jew ta' utent u l-ġbir ta' data personali fir-rigward tal-minorenni meta jsir użu minn servizzi offruti direttament lill-minorenni. Il-kunsens ta' min ikollu r-responsabbiltà ta' ġenitur m'għandux ikun meħtieġ fil-kuntest ta' servizzi preventivi jew ta' pariri offruti direttament lill-minorenni.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!