raġuni 33
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(33) Ħafna drabi ma jkunx possibbli li jiġi identifikat kompletament l-iskop tal-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' riċerka xjentifika fil-ħin tal-ġbir tad-data. Għalhekk is-suġġetti tad-data għandhom jitħallew jagħtu l-kunsens tagħhom għal ċerti oqsma ta' riċerka xjentifika meta dan ikun konformi ma' standards etiċi rikonoxxuti għar-riċerka xjentifika. Is-suġġetti tad-data għandu jkollhom l-opportunità li jagħtu l-kunsens tagħhom biss għal ċerti oqsma tar-riċerka jew partijiet ta' proġetti tar-riċerka sa fejn ikun permessibbli mill-fini intenzjonat.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!