raġuni 30
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(30) Il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu assoċjati ma' identifikaturi online ipprovduti mill-apparat, l-applikazzjonijiet, l-għodod u l-protokolli tagħhom, bħal indirizzi tal-protokoll tal-internet, identifikaturi tal-cookies jew identifikaturi oħrajn bħal tags tal-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju. Dan jista' jħalli traċċi li, b'mod partikolari flimkien ma' identifikaturi uniċi u informazzjoni oħra li jirċievu s-servers, jistgħu jintużaw sabiex joħolqu profili tal-persuni fiżiċi u jidentifikawhom.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!