raġuni 18
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(18) Dan ir-Regolament ma japplikax għall-ipproċessar ta' data personali minn persuna fiżika matul attività purament personali jew fid-dar u għalhekk mingħajr ebda rabta ma' attività professjonali jew kummerċjali. L-attivitajiet personali jew fid-dar jistgħu jinkludu korrispondenza u ż-żamma ta' indirizzi, jew netwerking soċjali u attività online imwettqa fil-kuntest ta' tali attivitajiet. Madankollu, dan ir-Regolament japplika għal kontrolluri jew proċessuri li jipprovdu l-mezzi għall-ipproċessar tad-data personali għal tali attivitajiet personali jew fid-dar.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!