raġuni 163
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(163) L-informazzjoni kunfidenzjali li l-Unjoni u l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jiġbru għall-produzzjoni tal-istatistika uffiċjali Ewropea u dik nazzjonali għandha tiġi protetta. L-istatistika Ewropea għandha tiġi żviluppata, prodotta u mqassma f'konformità mal-prinċipji tal-istatistika kif stabbiliti fl-Artikolu 338(2) tat-TFUE, filwaqt li l-istatistika nazzjonali għandha tkun konformi wkoll mal-liġi tal-Istat Membru. Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) tipprovdi aktar speċifikazzjonijiet rigward il-kunfidenzjalità tal-istatistika għall-istatistika Ewropea.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!