raġuni 15
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(15) Sabiex il-ħolqien ta' riskju serju ta' ċirkomvenzjoni jiġi preventit, il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma għandhiex tistrieħ fuq it-tekniki użati. Il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi għandha tapplika għall-ipproċessar tad-data personali b'mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-data personali titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f'sistema ta' arkivjar. Il-fajls jew settijiet ta' fajls, kif ukoll il-qoxra ta' barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!