| raġuni 148 UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(148) Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu imposti pieni inklużi multi amministrattivi għal kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament, flimkien mal-miżuri adatti imposti mill-awtorità superviżorja skont dan ir-Regolament jew minflokhom. F'każ ta' ksur minuri jew jekk il-multa li x'aktarx li tiġi imposta tikkostitwixxi piż sproporzjonat għal persuna fiżika, tista' tinħareġ twissija minflok multa. Madankollu, għandha tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta għan-natura, is-serjetà u d-dewmien tal-ksur, il-karattru intenzjonali tal-ksur, l-azzjonijiet meħuda biex itaffu d-danni sofruti, il-grad ta' responsabbiltà jew kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti, il-mod li bih il-ksur sar magħruf mill-awtorità superviżorja, il-konformità ma' miżuri ordnati kontra l-kontrollur jew il-proċessur, l-aderenza għal kodiċi ta' kondotta u kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor. L-impożizzjoni ta' pieni inklużi multi amministrattivi għandha tkun soġġetta għal salvagwardji proċedurali adatti f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-Karta, inkluż protezzjoni ġudizzjarja effettiva u proċess ġust.
NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here! |
|
|
|