raġuni 142
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(142) Fejn is-suġġett tad-data jqis li jkun hemm ksur tad-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, hu għandu jkollu d-dritt li jagħti mandat lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li jkunu kostitwiti skont il-liġi ta' Stat Membru, ikollhom objettivi statutorji li jkunu fl-interess pubbliku u li jkunu attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali biex iressqu ilment f'ismu quddiem awtorità superviżorja, jeżerċitaw id-dritt għal rimedju ġudizzjarju f'isem suġġetti tad-data jew jeżerċitaw id-dritt li jirċievu kumpens f'isem suġġetti tad-data jekk dan tal-aħħar ikun previst fil-liġi tal-Istat Membru. Stat Membru jista' jipprovdi li tali korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni jkollhom id-dritt li jressqu ilment f'dak l-Istat Membru, indipendentement mill-mandat ta' suġġett tad-data, u d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv fejn ikollhom raġunijiet biex iqisu li kien hemm ksur tad-drittijiet tas-suġġett tad-data bħala riżultat tal-ipproċessar ta' data personali li jikser dan ir-Regolament. Dak il-korp, dik l-organizzazzjoni jew dik l-assoċjazzjoni ma jistgħux jingħataw is-setgħa li jitolbu kumpens f'isem is-suġġett tad-data b'mod indipendenti mill-mandat tas-suġġetti tad-data.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!