| raġuni 116 UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(116) Meta d-data personali tiġi trasferita b'mod transkonfinali barra mill-Unjoni, hija tista' tpoġġi f'riskju akbar il-ħila tal-persuni fiżiċi li jeżerċitaw id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data b'mod partikolari sabiex jipproteġu lilhom infushom mill-użu jew l-iżvelar illegali ta' dik l-informazzjoni. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jsibu li ma jistgħux isegwu l-ilmenti jew iwettqu investigazzjonijiet relatati mal-attivitajiet barra l-fruntieri tagħhom. L-isforzi tagħhom sabiex jaħdmu flimkien fil-kuntest transkonfinali jistgħu jkunu mxekkla wkoll minn nuqqas ta' setgħat preventivi jew ta' rimedju, sistemi legali inkonsistenti, u ostakoli prattiċi bħal restrizzjonijiet ta' riżorsi. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa kooperazzjoni akbar mill-qrib fost l-awtoritajiet superviżorji għall-protezzjoni tad-data sabiex tgħinhom fl-iskambju ta' informazzjoni u fit-twettiq ta' investigazzjonijiet mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom. Għall-għanijiet tal-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni internazzjonali biex tiġi ffaċilitata u pprovduta assistenza reċiproka internazzjonali għall-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni tad-data personali, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni u jikkooperaw f'attivitajiet relatati mal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżi terzi, abbażi tar-reċiproċità u f'konformità ma' dan ir-Regolament.
NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here! |
|
|
|