raġuni 115
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(115) Xi pajjiżi terzi jadottaw liġijiet, regolamenti u atti legali oħrajn li jkunu intenzjonati li jirregolaw direttament l-attivitajiet ta' pproċessar ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri. Dan jista' jinkludi sentenzi ta' qrati jew tribunali jew deċiżjonijiet ta' awtoritajiet amministrattivi f'pajjiżi terzi li jirrikjedu li kontrollur jew proċessur jittrasferixxi jew jiżvela data personali, u li mhumiex ibbażati fuq ftehim internazzjonali, bħal trattat ta' assistenza legali reċiproka, li jkun fis-seħħ bejn il-pajjiż terz rikjedenti u l-Unjoni jew Stat Membru. L-applikazzjoni extraterritorjali ta' dawk il-liġijiet, regolamenti u atti legali oħrajn tista' tikser id-dritt internazzjonali u tista' xxekkel il-kisba tal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi żgurata fl-Unjoni b'dan ir-Regolament. It-trasferimenti għandhom ikunu permessi biss fejn ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għal trasferiment lejn pajjiż terz. Dan jista' jkun il-każ, fost l-oħrajn, fejn l-iżvelar huwa meħtieġ għal raġuni importanti ta' interess pubbliku rikonoxxuta fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li għaliha jkun soġġett il-kontrollur.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!