|
Artikolu 53 UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data "Kondizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità superviżorja"
=> raġuni: 121 |
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull membru tal-awtoritajiet superviżorji tagħhom jinħatar permezz ta' proċedura trasparenti minn:
- il-parlament tagħhom;
- il-gvern tagħhom;
- il-Kap ta' Stat tagħhom; jew
- korp indipendenti fdat bil-ħatra taħt il-liġi tal-Istat Membru.
|
|
NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here! |
2. Kull membru għandu jkollu l-kwalifiki, l-esperjenza u l-ħiliet meħtieġa, b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, biex iwettaq dmirijietu u jeżerċita s-setgħat tiegħu.
|
|
3. Id-dmirijiet ta' membru għandhom jintemmu fil-każ tal-iskadenza tal-mandat, ta' riżenja jew ta' rtirar obbligatorju f'konformità mal-liġi tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
4. Membru għandu jitkeċċa biss f'każijiet ta' mġiba ħażina serja jew jekk il-membru ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet.
|