Artikolu 37
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data"


=> raġuni: 97
=> administrative fine: Art. 83 (4) lit a
1. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data fi kwalunkwe każ fejn:
(a) l-ipproċessar isir minn awtorità jew korp pubbliku, ħlief għal qrati li jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom;
(b) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f'operazzjonijiet ta' pproċessar li, minħabba n-natura tagħhom, l-ambitu u/jew l-għanijiet tagħhom, jeħtieġu monitoraġġ regolari u sistematiku tas-suġġetti tad-data fuq skala kbira; jew
=> raġuni: 24
(c) l-attivitajiet ewlenin tal-kontrollur jew tal-proċessur jikkonsistu f'ipproċessar fuq skala kbira ta' kategoriji speċjali ta' data skont l-Artikolu 9 u ta' data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati msemmija fl-Artikolu 10.
=> raġuni: 91

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!



2. Grupp ta' impriżi jista' jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-data uniku dment li l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data jkun faċilment aċċessibbli minn kull stabbiliment.
3. Fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikun awtorità jew korp pubbliku, jista' jinħatar uffiċjal uniku tal-protezzjoni tad-data għal diversi tali awtoritajiet jew tali korpi, filwaqt li jittieħed kont tal-istruttura organizzattiva u d-daqs tagħhom.
4. F'każijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-kontrollur jew il-proċessur jew assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessuri jistgħu jew, fejn hu rekwiżit taħt il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, għandhom jaħtru uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista' jaġixxi għal dawn l-assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kontrolluri jew proċessuri.
5. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data għandu jinħatar abbażi tal-kwalitajiet professjonali u, b'mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-data u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 39.
=> raġuni: 97
6. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jista' jkun parti mill-persunal tal-kontrollur jew tal-proċessur, jew iwettaq il-kompiti tiegħu fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz.
7. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jippubblika d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data u jikkomunikhom lill-awtorità superviżorja.
=> Artikolu: 39