Artikolu 3
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Kamp ta' applikazzjoni territorjali"


=> raġuni: 22, 23, 24, 25
1. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-attivitajiet ta' stabbilment ta' kontrollur jew proċessur fl-Unjoni, indipendentement minn jekk l-ipproċessar iseħħx fl-Unjoni jew le.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!



2. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni minn kontrollur jew proċessur mhux stabbilit fl-Unjoni, meta l-attivitajiet ta' pproċessar huma relatati ma':
(a) l-offerta ta' prodotti jew servizzi, irrispettivament jekk ikunx meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, għal tali suġġetti tad-data fl-Unjoni; jew
(b) il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni.
3. Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar tad-data personali minn kontrollur mhux stabbilit fl-Unjoni, iżda f'post fejn tapplika l-liġi ta' Stat Membru permezz tal-liġi internazzjonali pubblika.