Artikolu 20
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Dritt għall-portabbiltà tad-data"


=> Artikolu: 15
=> raġuni: 68
=> administrative fine: Art. 83 (5) lit b
1. Is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jirċievi d-data personali li tikkonċerna lilu, li huwa jkun ipprovda lil kontrollur, f'format strutturat, użat komunement u li jinqara permezz ta' magna u jkollu d-dritt li jibgħat dik d-data lil kontrollur ieħor mingħajr tfixkil mingħand il-kontrollur li lilu tkun ingħatat id-data personali, fejn:
=> Artikolu: 12
(a) l-ipproċessar ikun ibbażat fuq kunsens skont il-punt (a) tal-Artikolu 6(1) jew il-punt (a) tal-Artikolu 9(2) jew fuq kuntratt skont il-punt (b) tal-Artikolu 6(1); u
(b) l-ipproċessar jitwettaq b'mezzi awtomatizzati.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!



2. Fl-eżerċitar tad-dritt tiegħu għall-portabbiltà tad-data skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-data għandu d-dritt li jkollu d-data personali trażmessa direttament minn kontrollur għal kontrollur ieħor, fejn dan ikun teknikament fattibbli.
=> Artikolu: 12
3. L-eżerċizzju tad-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17. Dak id-dritt ma għandux japplika għall-ipproċessar meħtieġ għall-prestazzjoni ta' kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali mogħtija lill-kontrollur.
4. Id-dritt msemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet u l-libertajiet ta' oħrajn.