Artikolu 19
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
"Obbligu ta' notifika rigward rettifika jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar"


=> Artikolu: 30
=> administrative fine: Art. 83 (5) lit b
Il-kontrollur għandu jikkomunika kwalunkwe rettifika jew tħassir ta' data personali jew restrizzjoni tal-ipproċessar imwettqa f'konformità mal-Artikolu 16, l-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 18 lil kull riċevitur li lilu tkun ġiet żvelata d-data personali, għajr jekk dan jirriżulta impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data dwar dawk ir-riċevituri jekk is-suġġett tad-data jitlob dan.