raġuni 94
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(94) Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-ipproċessar ikun jirriżulta, fin-nuqqas ta' salvagwardji, miżuri ta' sigurtà u mekkaniżmi biex jittaffa r-riskju, f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi u l-kontrollur ikun tal-opinjoni li r-riskju ma jistax jitnaqqas b'mod raġonevoli f'termini tal-mezzi teknoloġiċi u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, l-awtorità superviżorja għandha tiġi kkonsultata, qabel ma jingħata bidu għall-ipproċessar tal-attivitajiet. Tali riskju għoli x'aktarx li jirriżulta minn ċerti tipi ta' pproċessar u d-dimensjoni u frekwenza ta' pproċessar, li jista' jirriżulta wkoll f'dannu jew interferenza mad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fiżika. L-awtorità superviżorja għandha twieġeb għat-talba għal konsultazzjoni f'perijodu speċifikat. Madankollu, in-nuqqas ta' reazzjoni tal-awtorità superviżorja f'dak il-perijodu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe intervent tal-awtorità superviżorja f'konformità mal-kompiti u s-setgħat tagħha stipulati f'dan ir-Regolament, inkluża s-setgħa li tipprojbixxi l-operazzjonijiet tal-ipproċessar. Bħala parti minn dak il-proċess ta' konsultazzjoni, l-eżitu ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data mwettqa fir-rigward tal-ipproċessar inkwistjoni jista' jiġi ppreżentat lill-awtorità superviżorja, b'mod partikolari l-miżuri previsti biex jittaffa r-riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!