raġuni 91
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(91) Dan għandu b'mod partikolari japplika għal operazzjonijiet ta' pproċessar fuq skala kbira li huma maħsuba biex jipproċessaw ammont konsiderevoli ta' data personali fil-livell reġjonali, nazzjonali jew supranazzjonali u li jistgħu jaffettwaw għadd kbir ta' suġġetti tad-data u li x'aktarx jirriżultaw f'riskju għoli, pereżempju, minħabba s-sensittività tagħhom, fejn skont l-istat tal-għarfien teknoloġiku miksub tintuża teknoloġija ġdida fuq skala kbira kif ukoll għal operazzjonijiet tal-ipproċessar oħra li jirriżultaw f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, b'mod partikolari fejn dawk l-operazzjonijiet jagħmluha aktar diffiċli għas-suġġetti tad-data biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data għandha ssir ukoll fejn id-data personali tiġi pproċessata għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar persuni fiżiċi speċifiċi wara kwalunkwe evalwazzjoni sistematika u estensiva tal-aspetti personali relatati ma' persuni fiżiċi bbażata fuq it-tfassil ta' profili bbażati fuq dik id-data jew wara l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali, data bijometrika, jew data dwar kundanni kriminali u reati jew miżuri relatati ta' sigurtà. Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data hija bl-istess mod meħtieġa għall-monitoraġġ ta' żoni aċċessibbli għall-pubbliku fuq skala kbira, speċjalment meta jintuża apparat elettroniku ottiku jew għal kwalunkwe operazzjonijiet oħra fejn l-awtorità superviżorja kompetenti tqis li x'aktarx l-ipproċessar jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, b'mod partikolari minħabba li ma jippermettux lis-suġġetti tad-data jeżerċitaw dritt jew jużaw servizz jew kuntratt, jew minħabba li jsiru b'mod sistematiku fuq skala kbira. L-ipproċessar ta' data personali m'għandux jitqies li huwa fuq skala kbira jekk l-ipproċessar jikkonċerna data personali minn pazjenti jew klijenti minn tabib individwali, professjonist ieħor tal-kura tas-saħħa jew avukat individwali. F'tali każijiet, valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data m'għandhiex tkun obbligatorja.
=> Artikolu: 37

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!