raġuni 84
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(84) Sabiex tissaħħaħ il-konformità ma' dan ir-Regolament fejn l-attivitajiet ta' pproċessar x'aktarx li jippreżentaw livell għoli ta' riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta' valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data biex jevalwa, b'mod partikolari, l-oriġini, in-natura, il-partikolarità u l-gravità ta' dak ir-riskju. L-eżitu tal-valutazzjoni għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu stabbiliti l-miżuri adatti li għandhom jiġu meħuda biex jintwera li l-ipproċessar tad-data personali hu f'konformità ma' dan ir-Regolament. Fejn valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tindika li l-operazzjonijiet ta' pproċessar jinvolvu riskju għoli li l-kontrollur ma jkunx jista' jtaffi permezz ta' miżuri xierqa f'termini tat-teknoloġija disponibbli u l-ispejjeż tal-implimentazzjoni, konsultazzjoni mal-awtorità superviżorja għandha sseħħ qabel l-ipproċessar.

=> raġuni: 75


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)