raġuni 80
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(80) Fejn kontrollur jew proċessur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni jkun qed jipproċessa data personali ta' suġġetti tad-data li jinsabu fl-Unjoni li l-attivitajiet ta' pproċessar tagħhom huma relatati mal-offerta ta' prodotti jew servizzi, irrispettivament minn jekk hux meħtieġ ħlas mis-suġġett tad-data, lil dawn is-suġġetti tad-data fl-Unjoni, jew il-monitoraġġ tal-imġiba tagħhom sakemm l-imġiba tagħhom isseħħ fl-Unjoni, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jaħtar rappreżentant, ħlief jekk l-ipproċessar ikun okkażjonali, ma jinkludix l-ipproċessar, fuq skala kbira, ta' kategoriji speċjali ta' data personali jew l-ipproċessar ta' data personali relatata ma' kundanni kriminali u reati, u mhux probabbli li jirriżulta f'riskju għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi, b'kont meħud tan-natura, il-kuntest, l-ambitu u l-għanijiet tal-ipproċessar jew jekk il-kontrollur hux awtorità jew korp pubbliku. Ir-rappreżentant għandu jaġixxi f'isem il-kontrollur jew il-proċessur u jista' jiġi indirizzat minn kwalunkwe awtorità superviżorja. Ir-rappreżentant għandu jinħatar espliċitament b'mandat bil-miktub tal-kontrollur jew tal-proċessur biex jaġixxi f'ismu fir-rigward tal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament. Il-ħatra ta' tali rappreżentant ma taffettwax ir-responsabbiltà tal-kontrollur jew tal-proċessur skont dan ir-Regolament. Tali rappreżentant għandu jwettaq il-kompiti tiegħu skont il-mandat li rċieva mill-kontrollur jew mill-proċessur, inkluż li jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji kompetenti fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant maħtur għandu jkun soġġett għal proċedimenti ta' infurzar fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mill-kontrollur jew mill-proċessur.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!