raġuni 63
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(63) Suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt ta' aċċess għal data li tkun inġabret dwaru, u li jeżerċita dak id-dritt faċilment u f'intervalli raġonevoli, sabiex ikun jaf dwar, u jivverifika, il-legalità tal-ipproċessar. Dan jinkludi d-dritt tas-suġġetti tad-data li jkollhom aċċess għad-data dwar saħħithom, pereżempju d-data fir-reġistri mediċi tagħhom li jkun fihom informazzjoni bħal dijanjosi, riżultati ta' eżamijiet, valutazzjonijiet mit-tobba li qed jittrattawhom u kwalunkwe kura jew intervent ipprovdut. Kull suġġett tad-data għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b'mod partikolari fir-rigward tal-għanijiet li għalihom tkun qiegħda tiġi pproċessata d-data personali, fejn possibbli il-perijodu li għalih id-data personali tiġi pproċessata, ir-riċevituri tad-data personali, il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatiku tad-data personali u, għallinqas meta bbażata fuq it-tfassil ta' profili, il-konsegwenzi ta' dan l-ipproċessar. Fejn possibbli, il-kontrollur għandu jkun jista' jipprovdi aċċess mill-bogħod għal sistema sikura li tipprovdi lis-suġġett tad-data b'aċċess dirett għad-data personali tiegħu. Dak id-dritt ma għandux jaffettwa negattivament id-drittijiet jew il-libertajiet ta' persuni oħrajn, inklużi sigrieti tan-negozju jew proprjetà intellettwali u b'mod partikolari d-dritt tal-awtur li jipproteġi s-software. Madankollu, ir-riżultat ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet m'għandux ikun rifjut li tiġi provduta l-informazzjoni kollha lis-suġġett tad-data. Fejn il-kontrollur jipproċessa kwantità kbira ta' informazzjoni rigward is-suġġett tad-data, il-kontrollur għandu jkun jista' jitlob li qabel ma tingħata din l-informazzjoni, is-suġġett tad-data jispeċifika l-informazzjoni jew l-attivitajiet ta' pproċessar li għalihom tkun tirreferi t-talba.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!