raġuni 54
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(54) L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali jista' jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' interess pubbliku fl-oqsma tas-saħħa pubblika mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data. Tali pproċessar jeħtieġ li jkun soġġett għal miżuri adatti u speċifiċi sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi. F'dak il-kuntest, "saħħa pubblika" għandha tiġi interpretata kif definita fir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jiġifieri l-elementi kollha relatati mas-saħħa, b'mod partikolari l-istat tas-saħħa, inklużi l-morbożità u d-diżabbiltà, il-fatturi determinanti li għandhom effett fuq l-istat tas-saħħa, il-bżonnijiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi allokati għall-kura tas-saħħa, il-forniment tal-kura tas-saħħa u l-aċċess universali għaliha, kif ukoll l-infiq u l-finanzjament tal-kura tas-saħħa, u l-kawżi ta' mortalità. Tali pproċessar ta' data dwar is-saħħa għal raġunijiet ta' interess pubbliku ma għandux jirriżulta fl-ipproċessar ta' data personali għal finijiet oħra minn partijiet terzi bħal min iħaddem, kumpanniji tal-assigurazzjoni u kumpanniji bankarji.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)