raġuni 31
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(31) L-awtoritajiet pubbliċi li lilhom tiġi żvelata data personali f'konformità ma' obbligu legali għall-eżerċizzju tal-missjoni uffiċjali tagħhom, bħall-awtoritajiet tat-taxxa u doganali, l-unitajiet ta' investigazzjoni finanzjarja, l-awtoritajiet amministrattivi indipendenti, jew l-awtoritajiet tas-swieq finanzjarji, responsabbli mir-regolazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq tat-titoli ma għandhomx jitqiesu bħala destinatarji jekk jirċievu data personali li tkun meħtieġa biex issir inkjesta partikolari fl-interess ġenerali, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru. It-talbiet għal żvelar li jintbagħtu mill-awtoritajiet pubbliċi għandhom dejjem ikunu bil-miktub, motivati u okkażjonali u m'għandhomx jikkonċernaw sistema sħiħa ta' arkivjar jew iwasslu għall-interkonnessjoni ta' sistemi ta' arkivjar. L-ipproċessar ta' data personali minn dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandu jikkonforma mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data skont l-għanijiet tal-ipproċessar.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!