raġuni 2
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(2) Il-prinċipji ta', u r-regoli dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, irrispettivament min-nazzjonalità jew ir-residenza tagħhom, għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħhom, b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data personali. Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-kisba ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja u ta' unjoni ekonomika, għall-progress ekonomiku u soċjali, it-tisħiħ u l-konverġenza tal-ekonomiji fis-suq intern, u għall-benesseri tal-persuni fiżiċi.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!