raġuni 173
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(173) Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kwistjonijiet kollha li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali vis-à-vis l-ipproċessar tad-data personali, li mhijiex soġġetta għal obbligi speċifiċi bl-istess għan stabbilit fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), inkluż l-obbligi fuq il-kontrollur u d-drittijiet tal-persuni fiżiċi. Sabiex tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2002/58/KE, dik id-Direttiva għandha tiġi emendata kif xieraq. Ladarba dan ir-Regolament jiġi adottat, id-Direttiva 2002/58/KE għandha tiġi riveduta b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dan ir-Regolament,

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!