raġuni 162
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(162) Fejn tiġi pproċessata data personali għal finijiet ta' statistika, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal dak l-ipproċessar. Il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi tal-Istat Membru għandha, fil-limiti ta' dan ir-Regolament, tiddetermina l-kontenut tal-istatistika, il-kontroll tal-aċċess, l-ispeċifikazzjonijiet għall-ipproċessar ta' data personali għal finijiet ta' statistika u miżuri xierqa biex jissalvagwardjaw id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data u jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-istatistika. Finijiet ta' statistika tfisser kwalunkwe operazzjoni ta' ġbir u l-ipproċessar ta' data personali meħtieġa għal stħarriġ statistiku jew għall-produzzjoni ta' riżultati statistiċi. Dawk ir-riżultati statistiċi jistgħu jkomplu jintużaw għal finijiet differenti, inkluż għal finijiet ta' riċerka xjentifika. Il-finijiet tal-istatistika jimplika li r-riżultat ta' pproċessar għal finijiet statistiċi mhix data personali, iżda data aggregata, u li dan ir-riżultat jew din id-data personali ma tintużax fl-appoġġ ta' miżuri jew deċiżjonijiet dwar xi persuna fiżika partikolari.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!