raġuni 150
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(150) Sabiex issaħħaħ u tarmonizza l-pieni amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament, kull awtorità superviżorja għandu jkollha s-setgħa li timponi multi amministrattivi. Dan ir-Regolament għandu jindika l-ksur u l-limitu massimu u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-multi amministrattivi relatati, li għandhom jiġu ddeterminati mill-awtorità superviżorja kompetenti f'kull każ individwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tas-sitwazzjoni speċifika, filwaqt li jittieħed kont dovut b'mod partikolari għan-natura, il-gravità u t-tul taż-żmien tal-ksur u tal-konsegwenzi tiegħu u l-miżuri meħudin biex tiġi żgurata konformità mal-obbligi taħt dan ir-Regolament u għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tal-konsegwenzi tal-ksur. Fejn il-multi amministrattivi jiġu imposti fuq intrapiża, "intrapriża" għandha tinftiehem bħala intrapriża skont l-Artikoli 101 u 102 TFUE għal dawk il-finijiet. Fejn jiġu imposti multi amministrattivi fuq persuni li mhumiex intrapiża, l-awtorità superviżorja għandha tieħu kont tal-livell ġenerali tal-introjtu fl-Istat Membru kif ukoll tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna meta jiġi kkunsidrat ammont adatt għall-multa. Il-mekkaniżmu ta' konsistenza jista' jintuża wkoll biex jippromwovi applikazzjoni konsistenti tal-multi amministrattivi. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-awtoritajiet pubbliċi għandhomx ikunu soġġetti għal multi amministrattivi u sa liema punt. L-impożizzjoni ta' multa amministrattiva jew l-għoti ta' twissija ma taffettwax l-applikazzjoni ta' setgħat oħrajn tal-awtoritajiet superviżorji jew ta' pieni oħrajn taħt dan ir-Regolament.

=> Artikolu: 4


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)