raġuni 144
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(144) Fejn qorti li quddiemha jibdew proċedimenti kontra deċiżjoni minn awtorità superviżorja jkollha raġuni biex temmen li tressqu proċedimenti li jikkonċernaw l-istess proċessar, bħall-istess suġġett fir-rigward tal-ipproċessar mill-istess kontrollur jew proċessur, jew bl-istess kawża, quddiem qorti kompetenti fi Stat Membru ieħor, hija għandha tikkuntattja lil dik il-qorti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta' tali proċedimenti relatati. Jekk ikun hemm proċedimenti relatati pendenti quddiem qorti fi Stat Membru ieħor, kwalunkwe qorti minbarra l-ewwel qorti li tiġi invokata tista' tissospendi l-proċedimenti li jkollha quddiemha jew tista', fuq talba minn waħda mill-partijiet, tiċħad il-ġurisdizzjoni favur l-ewwel qorti li tiġi invokata jekk dik il-qorti jkollha ġurisdizzjoni fuq il-proċedimenti inkwistjoni u l-liġi tagħha tippermetti l-konsolidazzjoni ta' tali proċedimenti relatati. Il-proċedimenti jitqiesu li jkunu relatati fejn ikunu marbutin daqstant mill-qrib li jkun ta' vantaġġ li jinstemgħu u jiġu ddeterminati flimkien sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)