raġuni 141
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(141) Kull suġġett tad-data għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment quddiem awtorità superviżorja unika, b'mod partikolari fl-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu, u jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv f'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta jekk is-suġġett tad-data jqis li jkun hemm ksur tad-drittijiet tiegħu skont dan ir-Regolament jew fejn l-awtorità superviżorja ma tiħux azzjoni b'rabta ma' ilment, tirrifjuta jew tiċħad l-ilment parzjalment jew kompletament jew ma tiħux azzjoni fejn tali azzjoni tkun meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data. L-investigazzjoni li ssegwi l-ilment għandha titwettaq, soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju, dment li tkun adatta fil-każ speċifiku. L-awtorità superviżorja għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment f'perijodu ta' żmien raġonevoli. Jekk il-każ ikun jeħtieġ aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma' awtorità superviżorja oħra, is-suġġett tad-data għandu jingħata informazzjoni intermedjarja. Bil-għan li tiffaċilita s-sottomissjoni ta' ilmenti, kull awtorità superviżorja għandha tieħu miżuri bħall-forniment ta' formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti li tista' timtela wkoll b'mod elettroniku, mingħajr ma jiġu esklużi mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)