raġuni 113
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(113) It-trasferimenti li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala mhux ripetittivi u li jikkonċernaw biss għadd limitat ta' suġġetti tad-data, jistgħu jkunu possibbli għall-għanijiet tal-interessi leġittimi konvinċenti segwiti mill-kontrollur, meta dawk l-interessi ma jkunux megħluba mill-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data u meta l-kontrollur ikun ivvaluta ċ-ċirkostanzi kollha madwar it-trasferiment tad-data. Il-kontrollur għandu jagħti konsiderazzjoni partikolari lin-natura tad-data personali, l-għan u t-tul tal-operazzjoni jew tal-operazzjonijiet ta' pproċessar proposti, kif ukoll lis-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, il-pajjiż terz u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, u għandu jipprovdi salvagwardji xierqa ppreżentati biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom. Tali trasferimenti għandhom ikunu possibbli biss f'każijiet residwi fejn l-ebda waħda mir-raġunijiet l-oħra għal trasferiment ma tapplika. Għall-finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew finijiet ta' statistika, għandu jittieħed kont tal-aspettattivi leġittimi tas-soċjetà għal żieda fl-għarfien. Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità superviżorja u s-suġġett tad-data bit-trasferiment.

NEW: The practical guide PrivazyPlan® explains all dataprotection obligations and helps you to be compliant. Click here!