raġuni 111
UE Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data

(111) Għandha tiġi prevista l-possibbiltà ta' trasferimenti f'ċerti ċirkostanzi fejn is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu, fejn it-trasferiment ikun okkażjonali u neċessarju fir-rigward ta' kuntratt jew talba legali, irrispettivament minn jekk dan ikunx fi proċedura ġudizzjarja jew fi proċedura amministrattiva jew extraġudizzjarja, inklużi proċeduri quddiem korpi regolatorji. Għandha tkun prevista l-possibbiltà ta' trasferimenti fejn dawn ikunu meħtieġa minn raġunijiet importanti ta' interess pubbliku stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru jew fejn it-trasferiment isir minn reġistru stabbilit bil-liġi u maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew minn persuni li jkollhom interess leġittimu. F'dan l-aħħar każ dan it-trasferiment ma għandux jinvolvi d-data personali kollha jew kategoriji sħaħ tad-data li tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru huwa maħsub għall-konsultazzjoni mill-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta' dawk il-persuni jew, jekk sejrin ikunu r-riċevituri, filwaqt illi jitqiesu għalkollox l-interessi u d-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data.


back  next
BG - CS - DA - DE - EL - EN - ES - ET - FI - FR - GA - HR - HU - IT - LT - LV - MT - NL - PL - PT - RO - SK - SL - SV

Would you like to implement the EU General Data Protection Regulation step-by-step? Do you want clear explanations of specific issues and well-thought-out checklists? Do you want to ensure you are data-protection-compliant? If so the PrivazyPlan® is just what you are looking for.

© SecureDataService, Nicholas Vollmer, Priorstr. 63, D-41189 Mönchengladbach, Germany, +49 2166 96523-38, info@privazyplan.eu (siehe Impressum / Datenschutz) (05.09.2018)